-
Image
-
Publish in core platform
Yes
-
URL
-
Link Type
Organization url
-
Digital technology / specialisation
Digital skillsDigital skill level
BasicGeographic Scope - Country
MaltaType of initiative
Local initiative

Matul tmiem din il-ġimgħa, Malta se tingħaqad mal-kumplament tal-Ewropa biex tieħu sehem fl-EU Code Week. Din is-sena taħbat il-ħames sena mill-bidu tal-Code Week u għalhekk se tiġi ċċelebrata matul perjodu ta’ ġimgħatejn li se jkunu ppakkjati b’attivitajiet relatati ma’ coding.
Il-EU Code Week, li din is-sena se taħbat bejn is-7 u t-22 ta’ Ottubru, tiċċelebra l-ħolqien permezz tal-coding. Dan il-moviment hu mmexxi minn ambaxxaturi li jippromwovu dawn l-attivitajiet fil-pajjiżi rispettivi tagħhom. L-għan hu li l-programming isir aktar viżibbli, biex b’dan il-mod kemm iż-żgħar, kif ukoll il-kbar jaraw kif ċerti ideat jistgħu jingħataw il-ħajja b’dawn il-ħiliet u jinkoraġġihom biex jitgħallmu.
Din l-inizjattiva kienet ġiet imnedija fl-2013 mill-Young Advisors for the Digital Agenda Europe. Huma voluntiera li jmexxuha, permezz tal-ambaxxaturi magħżulin f’kull pajjiż. Dawn l-ambaxxaturi jikkordinaw l-inizjattivi fil-pajjiżi rispettivi tagħhom, għalkemm l-iskejjel, għalliema u istituzzjonijiet oħrajn huma mħeġġa biex iżidu l-attivitajiet tagħhom u jżiduhom fuq il-mappa tal-attivitajiet li tistgħu ssibuha fuq http://events.codeweek.eu/
Malta ilha tieħu sehem fil-Code Week għal dawn l-aħħar tliet snin. L-eSkills Malta Foundation tiżgura li kull sena tiżdied il-popolarità ta’ din l-inizjattiva u fil-fatt din is-sena rnexxielha torganizza 15-il ġurnata ta’ attivitajiet relatati ma’ coding. Dan sar b’kollaborazzjoni ma’ diversi entitajiet u istituzzjonijiet edukattivi, fosthom l-MCAST, l-Università ta’ Middlesex, id-Direttorat tal-Litteriżmu Diġitali u Ħiliet Transversali fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, ICE Malta, Ascent Software, PWC f’kollaborazzjoni ma’ CreoLabs u St Martin’s Insitute of Higher Education.
Is-sessjonijiet li qegħdin jiġu organizzati jvarjaw minn żvilupp ta’ logħob bil-Unity, għal żvilupp ta’ websajts bl-HTML, użu tal-JAVA u ħafna oħrajn.
inewsmalta.com